Taħriġ - Ħarreġ lill-persuni li jħarrġu
SLIC tagħmilha possibbli li l-Ispettorati Nazzjonali tax-Xogħol kollha li jħarrġu lill-ispetturi tagħhom kif suppost biex jagħmlu spezzjonijiet f'sitwazzjonijiet tat-Tqandil Manwali tat-Tagħbija. Programm Ewropew ta' taħriġ li jdum jumejn ‘ħarreġ lill-persuni li jħarrġu fuq it-Tqandil Manwali tat-Tagħbija’ ser jinżamm biex iħarreġ lill-persuna/i li jħarrġu lill-ispetturi.
Dan jagħti l-opportunità lil NLI’s biex jibagħtu rappreżentanti ta' persuni li jħarrġu biex jattendu kors Ewropew ta' spezzjoni ta' jumejn dwar it-Tqandil Manwali tat-Tagħbija. Dawn persuni li jħarrġu jistgħu jħarrġu lill-ispetturi li qed jipparteċipaw f'pajjiżhom dwar l-ispezzjonijiet fuq it-tqandil manwali tat-tagħbija b'mod armonizzat, bl-appoġġ ta' materjal ta' l-UE/ SLIC. L-organizzazzjoni tat-taħriġ ta' l-ispetturi hi r-responsabbiltà ta' l-Ispettorati Nazzjonali tax-Xogħol infushom. L-ispetturi għandhom ikunu mħarrġa qabel ma fil-fatt jibdew l-ispezzjonijiet.
L-aspettattivi tal-kwalità li ġejjin sar qbil fuqhom:
- L-ispetturi tas-saħħa u s-sigurtà għandhom ikunu kapaċi li jkunu mħarrġa b'mod uniformi għall-ispezzjoni tat-tqandil manwali tat-tagħbija, billi jużaw pjan ta' taħriġ bażiku tat-TMT li jkun konformi ma' Direttiva 90/269/KEE.
- L-ispetturi tas-saħħa u s-sigurtà li jieħdu sehem fil-proġett TMT 2007 għandhom ikunu konxji mir-riskji tat-tqandil manwali tat-tagħbija.
- L-ispetturi tas-saħħa u s-sigurtà li jieħdu sehem fil-proġett TMT 2007 għandhom ikunu kapaċi jużaw (jew jekk maqbul fuq skala nazzjonali, biex iwettqu) evalwazzjoni tar-riskju dwar it-tqandil manwali tat-tagħbija/ biex jidentifikaw oqsma li possibbilment fihom riskju qawwi fuq l-art tal-post tax-xogħol.
- L-ispetturi tas-saħħa u s-sigurtà li jieħdu sehem fil-proġett TMT 2007 għandhom ikunu jiġġudikaw evalwazzjoni tar-riskju fuq it-tqandil manwali tat-tagħbija.
Il-programm ‘ħarreġ lill-persuni li jħarrġu’ ser jinżamm minn Mejju sa Lulju 2007. L-intenzjoni hi li nħalluh jiżviluppa u jittella' minn żewġ ċentri ta' taħriġ NLI fl-Ewropa li jinsabu f'post ċentrali. In-numru ta' korsijiet ‘ħarreġ lill-persuni li jħarrġu fuq it-tqandil manwali tat-tagħbija’ li ser jingħataw, jiddependi fuq in-numru ta' persuni li jħarrġu elenkati mill-Ispettorati Nazzjonali tax-Xogħol. Il-lingwa li biha ser isiru l-korsijiet ser tkun l-Ingliż. Għal xi korsijiet, it-traduzzjoni għal Ġermaniż jew għal Franċiż ser tkun disponibbli.
Aktar tagħrif u informazzjoni dwar il-programm ‘ħarreġ lill-persuna li tħarreġ dwar it-tqandil manwali tat-tagħbija’ ser ikun disponibbli u mqassam fir-rebbiegħa 2007 jew qabel, fejn ikun possibbli. Jekk jogħġbok ibbukkja għall-jumejn ta' taħriġ u ħin addizzjonali għall-ivvjaġġar għall-persuni tiegħek li jħarrġu fix-xhur minn Mejju sa Lulju. L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-alloġġ għall-Ispettorati Nazzjonali tax-Xogħol infushom, l-ispejjeż ta' l-iżvilupp u t-twettiq tal-programm tat-taħriġ ser ikunu koperti mill-grupp tax-xogħol SLIC