Kunċett tal-Livell
Tliet livelli ta' sforz u kwalità
Metodi li kienu ppruvati u ttestjati fuq żewġ livelli ta' sforz differenti u l-kwalità tar-riżultati huma pprovduti.
Il-metodi kollha huma magħmula għal dawk li jaħdmu fil-qasam u huma applikabbli mingħajr taħriġ ergonomiku speċifiku, sabiex il-partijiet kollha interessati jkunu jistgħu jiġu involuti bl-istess mod. Il-ħin użat hu imminimizzat kemm jista' jkun.
Livell I jipprovdi Lista biex tiċċekkja għall-
Identifikazzjoni tar-Riskju
Livell II jipprovdi żewġ metodi li kienu ttestjati u ppruvati għall-
Evalwazzjoni tar-Riskju
Livell III biex
Jittakilja problemi speċjali hu miżjud għal skopijiet ta' informazzjoni.
Skond id-Direttiva tal-Kunsill, min iħaddem hu responsabbli għas-sigurtà u għas-saħħa fuq it-TMT. Fil-prattika, diversi gruppi huma involuti: Min iħaddem, it-teknoloġisti, foremen, inġiniera tas-sigurtà, ergonomisti, tobba tal-kumpaniji, il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, rappreżentanti ta' korpi ta' l-assigurazzjoni, spetturi.
Ir-
rwol ta' l-ispetturi hu li jikkontrollaw, jagħtu parir, u biex jagħmlu l-evalwazzjoni infisha jekk meħtieġ. Biex l-identifikazzjoni/evalwazzjoni tar-riskju tkun issimplifikata u jittieħdu miżuri xierqa,
il-gruppi kollha għandhom japplikaw l-istess metodu..
Ir-
rwol tal-membri ta' l-istaff hu li jwettqu l-evalwazzjoni tar-riskju u d-disinn tax-xogħol b'mod li jiżgura s-sigurtà u s-saħħa.
L-identifikazzjoni/evalwazzjoni tar-riskju ma teħtieġx taħriġ ergonomiku speċifiku. Dawk kollha involuti jistgħu jkunu involuti bl-istess mod.