Inhalt dieser Seite


Livell III - Analiżi speċjali

Evalwazzjoni tar-riskju fuq problemi straordinarji

L-analiżi speċjali ta' Livell 3 għandha titwettaq fuq problemi speċifiċi li ma jistgħux ikunu evalwati bl-użu ta' l-evalwazzjoni tar-riskju Livell II u problemi marbuta mad-disinn tax-xogħol u ma' tagħbija żejda muskoloskeletrika.

Għal dan il-livell metodi speċifiċi, deskrizzjoni fil-qosor tingħata dwar metodi speċifiċi u jissemma' kuntatt għas-sapport.

Għanijiet


Evalwazzjoni tar-riskju fuq problemi straordinarji li ma jistgħux ikunu evalwati bl-użu ta' l-evalwazzjoni tar-riskju fuq Livell II, eż.

  • Biċċiet tax-xogħol kumplessi u li jinbidlu ta' sikwit.
  • Biċċiet tax-xogħol bi ħtiġijiet fiżiċi qawwija ħafna u taħriġ speċjali.

L-analiżi speċjali ta' Livell III tista' tkun applika wkoll fejn m'hemm l-ebda problemi marbuta mat-tagħbija tax-xogħol, eż.

  • Nuqqasijiet dejjem jiżdiedu tal-kwalità
  • Iddisinjar tax-xogħol għal biċċiet tax-xogħol bi ħtiġijiet fiżiċi qawwija.
  • Ħafna ilmenti, problemi tas-saħħa, mard u assenzi.

Pre-kundizzjonijiet għall-użu



  • Kompetenza dwar l-ergonomija, fiżjoloġija u saħħa fuq il-post tax-xogħol
  • Għarfien dettaljat tal-biċċa tax-xogħol li trid tiġi evalwata

Għodda



  • Analiżi tal-biċċa xogħol
  • Studju dwar il-ħin u l-moviment
  • Il-kejl ta' parametri fiżjoloġiċi bħar-rata tat-taħbit tal-qalb, attività bijoelettrika tal-muskoli, konsum ta' l-ossiġnu
  • Il-kejl tal-forzi
  • Il-kejl ta' informazzjoni ambjentali
  • Analiżi bijomekkanika
  • Mistoqsijiet, intervisti

Sforz


B'mod ġenerali, l-isforz hu kbir, u jiddependi fuq l-istruttura tal-problema u l-konsegwenzi għas-sigurtà, is-saħħa u l-ekononija.

Kuntatt għall-appoġġ



  • Spetturi, għal problemi speċjali: Uffiċċju Ewlieni ta' l-ispezzjonijiet nazzjonali għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol
  • Istituti għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol
  • Inġieniera li jipprovdu konsulenza.
  • Istituti tal-kulleġġ tat-teknoloġija jew tax-xjenza
  • Kumpaniji oħrajn bi problemi simili (skambju ta' esperjenza)




Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż