Inhalt dieser Seite


L-Għodda MAC - Ċarts ta' l-Evalwazzjoni tat-Tqandil Manwali

L-evalwazzjoni tar-riskju għat-TMT fuq livell ta' screening

Iċ-Ċarts ta' l-Evalwazzjoni tat-Tqandil Manwali (Manual Handling Assessment Charts - MAC) kienu żviluppati għall-evalwazzjoni tar-riskju għat-TMT fuq livell ta' screening.

Folji tax-Xogħol differenti għal
Rfigħ, Ġarr u Tqandil minn tim
huma disponibbli. Id-deskrizzjoni tal-metodu li tinkludi l-folji tax-xogħol differenti tista' tiġi ddawnlowdjata minn hawn:
Fuljett dwar iċ-Ċarts ta' l-Evalwazzjoni tat-Tqandil Manwali (Fajl pdf, 1.3 MB)

Dokumenti utli addizzjonali marbuta ma' dan il-metodu:
Verżjoni interattiva tal-folja tal-punteġġ MAC (Fajl pdf, 358 kB)
Din il-folja tal-punteġġ interattiva tippermetti lil dak li jkun li jdaħħal il-faxex tal-kuluri fuq il-folja tal-punteġġ fuq il-kompjuter. Din imbagħad tikkalkula awtomatikament il-punteġġ totali u tagħti l-opportunità biex tissejvah fuq il-kompjuter.

Introduzzjoni għaċ-Ċarts ta' l-Evalwazzjoni tat-Tqandil Manwali (MAC) (Fajl pdf, 3.2 MB)
Din l-introduzzjoni qasira tagħti ħarsa fil-qosor lejn iċ-Ċarts ta' l-Evalwazzjoni tat-Tqandil Manwali fil-forma ta' slajds.

Oriġini


MAC kien żviluppat minn Health & Safety Executive (HSE) u Health & Safety Laboratory (HSL) u ppubblikat fl-2002.
Inizjalment l-MAC kien prodott biex jgħin lill-ispetturi HSE jiżviluppaw l-għarfien u l-kunfidenza tagħhom fl-ittakiljar ta' temi ta' tqandil. Hu bbażat fuq studji bijomekkaniċi, fiżjoloġiċi u psikofiżiċi miġjuba mill-formula NIOSH u mit-tabelli Snook. Wara l-provi tal-bidu u l-evalwazzjoni biex tintwera l-adattabilità għal użu iktar wiesgħa, kien sar disponibbli għall-pubbliku u jintuża minn spetturi, minn nim iħaddem u mill-ħaddiema, li jinkludu r-rappreżentanti tas-sigurtà.

Kunċett



  • Il-MAC jidentifika l-fatturi tar-riskju għal tliet tipi ta' tqandil manwali – l-irfigħ, il-ġarr u operazzjonijiet ta' tqandil minn tim. Jgħin ukoll biex jidentifika liema biċċiet tax-xogħol fuq post tax-xogħol jeħtieġ li jitjiebu l-ewwel.
  • Il-MAC juża folja tal-punteġġ fejn l-utent jiddeskrivi l-biċċa xogħol u mbagħad il-fatturi tar-riskjuhuma kkunsidrati billi jintużaw waħda mit-3 flow charts li huma assoċjati ma' operazzjonijiet ta' rfigħ, operazzjonijiet ta' ġarr u operazzjonijiet ta' tqandil minn tim. Għal kull fattur ta' riskju kulur tad-dwal tat-traffiku u punteġġ huma assenjati billi tintuża l-gwida sempliċi fl-għodda. Il-kuluri jgħinu biex juru r-riskju minn kull fattur.
  • Il-punteġġi totali jistgħu jintużaw biex tingħata prijorità lill-azzjoni bejn biċċiet tax-xogħol differenti. Żewġ jew iktar biċċiet tax-xogħol jistgħu jitqabblu – l-ogħla punteġġi juru iktar riskju u għandhom jiġu ttakiljati l-ewwel. Il-punteġġi jistgħu jitqabblu wkoll għat-titjib propost - biex wieħed jara liema minnhom ser jagħti l-iktar tnaqqis fir-riskju.
  • Il-fatturi tar-riskju inklużi fil-MAC ma jkoprux il-karatteristiċi kollha ta' Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill, eż. fatturi individwali. Il-folja tal-punteġġ tista' tintuża biex iżżomm rekord ta' fatturi individwali, fatturi psikosoċjali, eċċ.

Popolazzjoni fil-Mira li ser Tuża l-MAC


Il-MAC jintuża minn spetturi, minn min iħaddem u minn ħaddiema, li jinkludu rappreżentanti tas-sigurtà.
Hu faċli biex tużah u jista' jintuża minn kwalunkwe persuna fuq il-post tax-xogħol. Vidjos ta' taħriġ huma disponibbli fuq is-sit ta' l-Internet ta' l-HSE biex jagħmlu l-użu fil-prattika ta' l-għodda possibbli, iżda taħriġ speċjalizzat ergonomiku mhuwiex meħtieġ għall-użu ta' din l-għodda bażika.

Kwalità tal-metodoloġija


L-affidabilità, il-validità u l-konsistenza huma vverifikati. Biex jagħti metodoloġija konsistenti u biex jimminimizza l-probabbiltà ta' żbalji fl-istruzzjonijiet għall-użu, uri eżempji ta' punteġġi differenti tal-fattur ta' riskju.

Links


Għal aktar informazzjoni fuq dan il-metodu li jinkludi l-letteratura, jekk jogħġbok żur is-
Health & Safety Executive (HSE) sit ta' l-Internet fuq mard muskolu-skeletrali

Letteratura



  • Manual handling Assessment Charts (MAC). Health & Safety Executive (HSE) and Health & Safety Laboratory (HSL) ISBN 0 7176 2741 1
  • Monnington, S.C.; Pinder, A.D.J.; Quarrie, C.: Development of an inspection tool for manual handling risk assessment. Health & Safety Laboratory, Sheffield 2002
  • Tapley, S.E.: Reliability of Manual handling Assessment Charts (MAC) developed for health and safety inspectors in UK. A field study. Field Operations Directorate, HSE, 2002
  • Monnington, SC; Pinder, ADJ: Benchmarking of the Manual Handling Assessment Charts, (MAC) Health & Safety Laboratory, Sheffield 2002
  • Care, B; Quarrie,C; Monnington, SM: Testing and improving the usability of the Manual handling Assessment Chart (MAC) HSE 2002
  • Lee, D and Ferreira, JJ: Reliability and usability evaluation of the Manual Handling Assessment Charts (MAC) for use by non-regulatory professionals. Health & Safety Laboratory, Sheffield 2003



Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż