Metodu ta' l-Indikatur Importanti għal attivitajiet li jinvolvi Rfigħ, Żamm u Ġarr
Struzzjonijiet għall-Użu meta ssir Evalwazzjoni tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol
L-evalwazzjoni bażikament titwettaq għall-biċċiet tax-xogħol tat-tqandil manwali u trid tkun assoċjata ma' jum wieħed ta' xogħol. Jekk il-piżijiet tat-tagħbija u/jew il-qagħdiet jinbidlu matul attività individwali attività, il-valuri medji jridu jiġu kkalkulati. Jekk
numru ta' biċċiet tax-xogħol ta' tqandil manwali jinħolqu ma' manipulazzjonijiet sostanzjalment differenti ta' tagħbija matul l-attività sħiħa, dawn għandhom ikunu
stmati u dokumentati
separatament.
It-3 passi li ġejjin huma meħtieġa fl-evalwazzjoni:
1. Determinazzjoni tal-ħin tal-punti tar-rata,
2. Determinazzjoni tal-punti tar-rata għall-indikaturi importanti u
3. Evalwazzjoni.
Fid-determinazzjoni tal-punti tar-rata hu bażikament permess li tikkalkula passi intermedji (interpolazzjoni). Frekwenza ta' 40 tipproduċi punt tar-rata tal-ħin ta' 3, pereżempju. L-unika eċċezzjoni hi t-tagħbija li hi daqs jew iktar minn
40 kg għal raġel u
25 kg għal mara. Dawn it-tagħbijiet dejjem jagħtu rata tat-tagħbija ta' 25.
Il-
folja tax-xogħol tal-Metodu ta' l-Indikatur Importanti għal attivitajiet li jinvolvu
Rfigħ, Żamm, Ġarr jistgħu jiġu ddawnlowdjati hawnhekk:
Folja tax-xogħol KIM interattiva għal attivitajiet li jinvolvu Rfigħ, Żamm u Ġarr (pdf-File, 228 kB)
Din il-folja tax-xogħol interattiva tippermetti lil dak li jkun li jimla l-formola fuq kompjuter u awtomatikament tikkalkula l-punteġġ tar-riskju marbut ma' l-attività. Ir-riżultat jista' jkun issejvjat fuq il-kompjuter.
Dokumenti utli addizzjonali marbuta ma' dan il-metodu:
Folja tax-xogħol KIM li tista' tiġi stampata għal attivitajiet li jinvolvu Rfigħ, Żamm, Ġarr (Fajl pdf, 110 kB)
Din il-folja tax-xogħol hi għall-użu mingħajr kompjuter għal evalwazzjoni bil-karta u pinna.
Lezzjoni qasira bl-eżempji u Tweġibiet għall-Mistoqsijiet li jsiru sikwit (Fajl pdf, 2 MB)
Din il-lezzjoni qasira tipprovdi tagħrif utli biex tuża l-KIM fil-prattika, tagħti eżempji għall-evalwazzjoni u tagħti tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru sikwit.
Attenzjoni!
Din il-proċedura sservi biss bħala evalwazzjoni approssimattiva tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-irfigħ u l-ġarr tat-tagħbija. Madankollu, għarfien tajjeb tal-biċċa xogħol tat-tqandil manwali li tkun tiġi evalwata hu essenzjali meta tistabbilixxi r-rata tal-ħin, ir-rata tat-tagħbija, ir-rata tal-qagħda u r-rata tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Jekk dan għarfien ma jkunx preżenti, l-ebda evalwazzjoni ma tkun tista' ssir. Stimi mhux preċiżi jew suppożizzjonijiet iwasslu għal riżultati mhux korretti.
L-1el pass: Determinazzjoni tal-Punti tar-Rata tal-Ħin
Il-punti tar-rata għall-ħin huma stabbiliti b'referenza għat-tabella separatament għat-tliet forom possibbli tat-tqandil tat-tagħbija:
- Għall-biċċiet tax-xogħol tat-tqandil manwali biċċiet ikkaratterizzati minn rfigħ ripetut għal distanzi qosra, operazzjonijiet ta' tbaxxija jew ta' ċaqliq, il-numru ta' operazzjonijiet hu determinanti għall-punti tar-rata tal-ħin.
- Għall-biċċiet tax-xogħol tat-tqandil manwali kkaratterizzatimiż-żamma tat-tagħbija, jiġi kkunsidrat it-tul ta' żmien totali taż-żamma. (it-tul ta' żmien totali = numru ta' operazzjonijiet ta' żamma x it-tul ta' żmien ta' operazzjoni waħda ta' żamma)
- Għall-biċċiet tax-xogħol tat-tqandil manwali ikkaratterizzatiġarr ta' tagħbija, tiġi kkunsidrata d-distanza totali koperta bit-tagħbija. Veloċità medja meta wieħed jimxi b'4 km/h ≈ 1 m/s hi ssoponuta.
It-2ni pass: Determinazzjoni tal-Punti tar-Rata tat-Tagħbija, Kundizzjonijiet tal-Qagħda u tax-Xogħol
2.1 Piż tat-tagħbija
- Il-punti tar-rata tat-tagħbija huma stabbiliti b'referenza għat-tabella separatament għall-irġiel u n-nisa.
- Jekk, fil-kors tal-biċċa xogħol tat-tqandil manwali li tkun qed tiġi evalwata, tagħbijiet differenti jkunu qed jiġu mqandla, valur medju jista' jiġi kkalkulat fejn dik it-tagħbija l-iktar tqila ma taqbiżx l-40 kg għall-irġiel u 25 kg għan-nisa. Għal skopijiet ta' paraguni, il-valuri massimi tat-tagħbija jistgħu jintużaw ukoll. Imbagħad, madankollu, il-frekwenza mnaqqsa ta' dawn il-valuri massimi trid tittieħed bħala bażi, u taħt l-ebda ċirkustanza m'għandha tittieħed il-frekwenza totali.
- F'każ ta' attivitajiet ta' rfigħ/żamm/ġarr/u tqegħid, trid tittieħed it-tagħbija effettiva. Il-piż tat-tagħbija effettiva hi l-forza tal-piż li l-ħaddiem fil-fatt irid jegħleb. Għalhekk, it-tagħbija mhux dejjem tkun daqs il-piż ta' l-oġġett. Meta kaxxa tkun immejla, madwar 50% biss tal-piż tagħha jkun qed jaġixxi.
- Fejn tagħbija tkun qed tiġi mbuttata u miġbuda, evalwazzjoni separata tkun meħtieġa.
2.2 Qagħda
Il-punti tar-rata tal-qagħda huma stabbiliti b'referenza għall-pictograms fit-tabella. Il-qagħdiet karatteristiċi waqt it-tqandil tat-tagħbija jridu jintużaw għall-attività individwali. Jekk qagħdiet differenti jiġu adottati hekk kif ix-xogħol javvanza, valur medju jista' jinkiseb mill-punti tar-rata tal-qagħda għall-biċċa xogħol tat-tqandil manwali li tkun qed tiġi evalwata.
2.3 Kundizzjonijiet tax-Xogħol
Biex tistabbilixxi l-punti tar-rata tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jippredominaw il-biċċa l-kbira tal-ħin għandhom jintużaw. Skonfort ta' kultant li m'għandu l-ebda importanza għas-sigurtà, mhux ser jiġi kkunsidrat. Indikaturi li huma rilevanti għas-sigurtà għandhom ikunu dokumentati fil-kaxxa tal-kitba "Iċċekkjar tal-post tax-xogħol għal raġunijiet oħrajn".
It-3et pass: Evalwazzjoni
Kull biċċa xogħol tkun evalwata fuq il-bażi ta'
punteġġ tar-riskju marbut ma' attività (kalkulazzjoni billi tgħodd il-punti tar-rata għall-indikaturi importanti u timmultiplika bil-punti tar-rata tal-ħin).
- Il-bażi għall-evalwazzjoni tinkludi mekkanizmi ta’ l-azzjoni bijomekkaniċi flimkien mal-mudelli tad-doża. Hawnhekk jiġi kkunsidrat il-fatt li t-tensjoni interna tal-parti l-baxxa s-sinsla tad-dahar tiddependi l-iktar fuq il-mod u l-ammont li bih il-ġisem ikun qed jintlewa 'l quddiem u fuq il-piż tat-tagħbija li jiżdied flimkien maż-żieda fit-tul ta' żmien u/jew tal-frekwenza, fuq il-liwi u/jew it-tgħawwiġ tal-ġisem lejn xi naħa.
- Evalwazzjonijiet fil-qosor huma diffiċli fil-każ ta' numru ta' biċċiet tax-xogħol ta' tqandil manwali, minħabba li dawn imorru lilhemm mill-għan informattiv ta' din l-analiżi ta' l-orjentazzjoni. Normalment jeħtieġu proċeduri ta' xogħol ta' analiżi iktar estensivi biex tinkiseb evalwazzjoni tar-riskju.
- Ħtiġijiet tad-disinn li jistgħu jiġu stabbiliti
Minn din l-istima tar-riskju hemm evidenza immedjata ta' ħtiġijiet u metodoloġiji tad-disinn. Bażikament il-kawżi ta' punti għolja tar-rata jridu jkunu eliminati. B'mod speċifiku, dawn huma regolamenti organizzazzjonali fil-każ ta' punti għoljin tar-rata tal-ħin, tnaqqis fil-piż tal-tagħbija jew l-użu ta' tagħmir li jerfa' fil-każ ta' punti għoljin tar-rata tat-tagħbija jew it-titjib ta' kundizzjonijiet ergonomiċi fil-każ ta' punti għoljin tar-rata tal-qagħda.