Inhalt dieser Seite


Metodu ta' l-Indikatur Importanti għal attivitajiet li jinvolvi Ġbid u Imbuttar

Struzzjonijiet għall-Użu meta ssir Evalwazzjoni tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol

L-evalwazzjoni titwettaq bażikament għal attivitajiet individwali u tirrigwarda jum wieħed ta' xogħol. Jekk il-piżijiet tat-tagħbija u/jew il-qagħdiet jinbidlu matul attività individwali attività, il-valuri medji jridu jiġu kkalkulati. Jekk numru ta' biċċiet tax-xogħol ta' tqandil manwali jinħolqu ma' manipulazzjonijiet sostanzjalment differenti ta' tagħbija matul l-attività sħiħa, dawn għandhom ikunustmati u dokumentatiseparatament.

It-3 passi li ġejjin huma meħtieġa fl-evalwazzjoni:
1. Determinazzjoni tal-ħin tal-punti tar-rata,
2. Determinazzjoni tal-punti tar-rata għall-indikaturi importanti u
3. Evalwazzjoni.

Fid-determinazzjoni tal-punti tar-rata hu bażikament permess li tikkalkula passi intermedji (interpolazzjoni). Frekwenza ta' 40 tipproduċi punt tar-rata tal-ħin ta' 3, pereżempju.

Il-folja tax-xogħol tal-Metodu ta' l-Indikatur Importanti għal attivitajiet li jinvolvu Ġbid u Imbuttar jistgħu jiġu ddawnlowdjati hawnhekk:

Folja tax-xogħol KIM interattiva għal attivitajiet li jinvolvu Ġbid u Imbuttar (Fajl pdf, 653 kB)
Din il-folja tax-xogħol interattiva tippermetti lil dak li jkun li jimla l-formola fuq kompjuter u awtomatikament tikkalkula l-punteġġ tar-riskju marbut ma' l-attività. Ir-riżultat jista' jkun issejvjat fuq il-kompjuter.

Dokumenti utli addizzjonali marbuta ma' dan il-metodu:

Folja tax-xogħol KIM li tista' tiġi stampata għal attivitajiet li jinvolvu Ġbid u Imbuttar (Fajl pdf, 225 kB)
Din il-folja tax-xogħol hi għall-użu mingħajr kompjuter għal evalwazzjoni bil-karta u pinna.

Lezzjoni qasira bl-eżempji u Tweġibiet għall-Mistoqsijiet li jsiru sikwit (Fajl pdf, 2 MB)
Din il-lezzjoni qasira tipprovdi tagħrif utli biex tuża l-KIM fil-prattika, tagħti eżempji għall-evalwazzjoni u tagħti tweġibiet għal mistoqsijiet li jsiru sikwit.

Attenzjoni!
Din il-proċedura sservi biex issir evalwazzjoni approssimattiva tal-kundizzjonijiet tax-xogħol mal-ġbid u l-imbuttar tat-tagħbija. Madankollu, għarfien tajjeb tal-biċċa xogħol tat-tqandil manwali li tkun qed tiġi evalwata hu assolutament essenzjali meta tistabbilixxi r-rata tal-ħin, il-punti tar-rata għall-piż, il-preċiżjoni ta' l-ippożizzjonar, il-veloċità, il-qagħda u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Jekk dan għarfien ma jkunx preżenti, l-ebda evalwazzjoni ma tkun tista' ssir. Stimi mhux preċiżi jew suppożizzjonijiet iwasslu għal riżultati mhux korretti.


L-1el pass: Determinazzjoni tal-Punti tar-Rata tal-Ħin


Il-punti tar-rata tal-ħin huma stabbiliti, b'referenza għat-tabella, b'mod separat għal ġbid u mbuttar fuq distanzi qosra b'waqfien frekwenti u ġbid u mbuttar fuq distanzi itwal:

  • Għal ġbid u mbuttar fuq distanzi qosra b'waqfien frekwenti, il-frekwenza tittieħed bħala bażi.
  • Għal ġbid u mbuttar fuq distanzi itwal, id-distanza totali tittieħed bħala bażi.

Il-valur limitu għad-distanza individwali ta' 5 metri għandha titqies bħala għajnuna mhux preċiża. F'każijiet ta' dubju, għandha tittieħed deċiżjoni skond liema kriterju jseħħ l-aktar ta' spiss: start-up u ibbrejkjar jew ġbid fit-tul.

It-2ni pass: Determinazzjoni tal-Punti tar-Rata tal-Piż, Preċiżjoni ta' l-Ippożizzjonar, Kundizzjonijiet tal-Qagħda u tax-Xogħol


2.1 Piż li jrid jiċċaqlaq


Id-determinazzjoni titwettaq b'referenza għat-tabella, billi jiġi kkunsidrat il-piż li jrid jitħarrek (il-piż tal-mezz tat-trasport flimkien mat-tagħbija) u n-natura tal-mezz tat-trasport (trakk industrijali, għajnuna). Bosta drabi ħafna jintużaw drawbar-less trolleys flimkien ma' rollers. Hawnhekk trid issir distinzjoni bejn (steerable) steering rollers u (non-steerable) rollers fissi.
Jekk tagħbijiet differenti jiġu mqandla matul il-kors ta' l-attività individwali li ser tkun evalwata, valur medju jistgħu jiġi kkalkulat. Għal skopijiet ta' paraguni, il-valuri massimi tat-tagħbija jistgħu jintużaw ukoll. Imbagħad, il-frekwenza mnaqqsa ta' dawn il-valuri massimi trid tittieħed bħala bażi, u taħt l-ebda ċirkustanza m'għandha tittieħed il-frekwenza totali.

2.2 Preċiżjoni ta' l-Ippożizzjonar u l-Veloċità tal-Moviment


Id-determinazzjoni titwettaq b'referenza għat-tabella. Il-veloċità "mgħaġla" hi ekwivalenti għal mixi normali. Jekk f'każijiet speċjali ikun hemm veloċitajiet li jkunu iktar mgħaġla b'mod ċar, it-tabella tista' tiġi estiża kif ikun xieraq u jingħata 4 jew 8. Interpolazzjonijiet huma permessi.

2.3 Qagħda


Il-punti tar-rata tal-qagħda huma stabbiliti b'referenza għall-pictograms fit-tabella. Il- qagħdiet karatteristiċi waqt it-tqandil tat-tagħbija jridu jintużaw għall-attività individwali. Jekk qagħdiet differenti jiġu adottati hekk kif ix-xogħol javvanza, valur medju jista' jinkiseb mill-punti tar-rata tal-qagħda għall-biċċa xogħol tat-tqandil manwali li tkun qed tiġi evalwata.

2.4 Kundizzjonijiet tax-Xogħol


Biex tistabbilixxi l-punti tar-rata tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jippredominaw il-biċċa l-kbira tal-ħin għandhom jintużaw. Skonfort ta' kultant li m'għandu l-ebda importanza għas-sigurtà, mhux ser jiġi kkunsidrat.

It-3et pass: Evalwazzjoni


Kull biċċa xogħol tkun evalwata fuq il-bażi ta'punteġġ tar-riskju marbut ma' attività (kalkulazzjoni billi tgħodd il-punti tar-rata għall-indikaturi importanti u timmultiplika bil-punti tar-rata tal-ħin). Jekk in-nisa jwettqu din il-biċċa xogħol, il-punti tar-rata jiġu mmultiplikati b'fattur ta' 1.3. Dan jikkunsidra l-fatt li n-nisa, bħala medja, għandhom madwar 2/3 tal-kapaċità ta' l-irġiel.

  • Il-bażi għall-evalwazzjoni hi l-probabbilità ta' ħsara fis-saħħa. In-natura u l-livell ta' ħsara mhumiex definiti b'mod iktar preċiż. Jiġu kkunsidrati l-mekkaniżmi ta' l-azzjoni bijomekkaniċi u fiżjoloġiċi flimkien mal-mudelli tad-doża. Hu ssoponut li t-tensjoni interna fuq is-sistema muskolari u dik muskoloskeletrika tiddependi b'mod kruċjali fuq il-forzi fiżiċi li jkunu applikati Dawn il-forzi fiżiċi huma stabbiliti mill-piż ta' l-oġġett li jkun irid jitħarrek, il-valuri ta' l-aċċelerazzjoni u r-reżistenzi tal-wiċċ ta' l-art. Qagħdiet mhux favorevoli u tul ta' żmien li fih it-tagħbija tiżdied u/jew żieda fil-frekwenza tagħbija interna.
    L-istruzzjonijiet fil-kaxxa l-griża fuq paġna 2 tal-formola jridu jiġu obduti.
  • Evalwazzjonijiet fil-qosor huma diffiċli fil-każ ta' numru ta' biċċiet tax-xogħol ta' tqandil manwali, minħabba li dawn imorru lilhemm mill-għan informattiv ta' din l-analiżi ta' l-orjentazzjoni. Normalment, dawn jeħtieġu proċeduri iktar estensivi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju.
  • Ħtiġijiet tad-disinn li jistgħu jiġu stabbiliti
    Minn din l-istima tar-riskju hemm evidenza immedjata ta' ħtiġijiet u metodoloġiji tad-disinn. Bażikament il-kawżi ta' punti għolja tar-rata jridu jkunu eliminati. B'mod speċjali dawn huma:

    • għal punti tar-rata tal-ħin, regolamenti organizzazzjonali,
    • għal punti għoljin tar-rata tal-piż, tnaqqis fil-piż tat-tagħbija jew l-użu trakkijiet industrijali adattati,
    • għal punti għoljin tar-rata għall-veloċità tal-moviment u preċiżjoni ta' l-ippożizzjonar, l-użu ta' gwidi tar-roti u stop buffers jew tnaqqis fit-tagħbija tax-xogħol.
    • għal punti għoljin tar-rata għall-qagħda, titjib fid-disinn tal-post tax-xogħol.
    • Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom dejjem ikunu "tajbin".




Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż