Inhalt dieser Seite


Għanijiet

L-għanijiet ġenerali tal-kampanja huma

  • Konformità aħjar fl-UE mad-Direttiva ta' l-UE 90/269/EEC “Tqandil Manwali tat-Tagħbija” sabiex jitnaqqas il-mard muskoloskeletriku,
  • ­Jittejbu l-metodi ta' l-ispezzjoni u l-komunikazzjoni ta' l-ispettorati tax-xogħol mit-tagħlim minn metodi eżistenti,
  • Armonija ikbar fl-infurzar tat-tqandil manwali tat-tagħbija madwar l-UE kollha.

L-esperjenza fl-UE tindika li l-ispetturi jsibu t-tqandil manwali iktar diffiċli biex wieħed jindirizzah mill-biċċa l-kbira tas-suġġetti l-oħrajn.

Għalhekk it- ‘Train-the trainers program’ ta' l-SLIC hu intenzjonat mhux biss għal din il-kampanja, iżda għal metodoloġija iktar wiesgħa ta' taħriġ NLI fuq dan is-suġġett.

Flimkien ma' dan, il-linja gwida ta' l-evalwazzjoni tar-riskju Manual Handling of Loads hi applikabbli fis-setturi kollha. Jekk inżommu veduta iktar wiesgħa, nistgħu potenzjalment nagħmlu impatt fuq popolazzjoni ikbar li tinsab f'riskju u għalhekk inżidu l-multiplier effett mill-proġett pan-Ewropew.

Dan jippermetti wkoll flessibilità ikbar fi kwalunkwe Stat Membru fejn jista' jkun li diġà kien hemm titjib f'xi qasam speċifiku, u l-isforzi jeħtieġu li jiġu applikati f'postijiet oħrajn.


Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż