Inhalt dieser Seite


Komunikazzjoni u materjal tat-tagħrif

Il-grupp tax-xogħol SLIC ipprepara tliet pamflets u avviż għall-Istampa f'kull lingwa ta' l-UE. il-mira ta' dawn il-pamflets hi li tinforma l-partijiet interessati dwar il-kampanja ta' spezzjoni, il-problemi fuq it-temi tat-tqandil manwali tat-tagħbija u soluzzjonijiet possibbli. Dawn huma disponibbli b'mod diġitali għall-Ispettorati tax-Xogħol u jistgħu jintużaw fil-kampanja ta' komunikazzjoni fuq skala nazzjonali.

Kull Ispettorat tax-Xogħol hu mistieden biex jistampa pamflets kemm ikun hemm bżonn u jqassamhom lill-partijiet interessati kollha. Għandek issib it-tliet pamflets kif ukoll l-avviż għall-istampa fin-naħa t'isfel ta' din il-paġna. Jekk ikun teknikament possibbli, il-pamflets għandhom jitpoġġew fuq is-sit ta' l-Internet ta' l-Ispettorat Nazzjonali tax-XogħoI b'referenza għal dan il-proġett ukoll.

L-ewwel pamflet hupamflet iktar ġenerali dwar il-Direttiva ta' l-UE u dwar il-kif u l-meta tal-proġett ta' l-ispezzjoni dwar it-tqandil manwali tat-tagħbija u l-metodi possibbli ta' evalwazzjoni. Fih ukoll deskrizzjoni ġenerali tal-problemi tat-tqandil manwali tat-tagħbija fl-Ewropa.

It-tieni pamflet hu wieħed li hu speċifiku għas-settur dwar il-problemi tat-tqandil manwali fis-settur tal-kura tas-saħħa, l-evalwazzjoni tagħhom u s-soluzzjonijiet possibbli tas-sors.

It-tielet pamflet jixbah lit-tieni wieħed, iżda hu għas-settur tat-trasport.

Il-materjali tal-komunikazzjoni u ta' l-informazzjoni huma miżjuda minnLinja Gwida għall-Evalwazzjoni tar-Riskju fuq it-Tqandil Manwali tat-Tagħbijafil-qosor.




Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż