Inhalt dieser Seite


Livell I - Identifikazzjoni tar-Riskju

Identifikazzjoni ta' karatteristiċi tar-riskju marbuta mat-TMT

L-għodda hi lista biex tiċċekkja skond id-Direttiva tal-Kunsill, Anness 1. L-applikazzjoni teħtieġ biss sforz żgħir u hi bbażata fuq l-esperjenza ta' l-utenti.

Hawnhekk ser issib il-lista biex tiċċekkja

Għanijiet


  • Deskrizzjoni tal-biċċa xogħol, ħtiġijiet fiżiċi u kundizzjonijiet
  • Identifikazzjoni tal-karatteristiċi tar-riskju suġġetti għall-Anness tad-Direttiva ta' l-Istati ta' l-UE

Popolazzjoni ta' utenti fil-mira, pre-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni


  • Applikabbli għal kulħadd
  • Għarfien tal-biċċa xogħol

Sforz


Madwar nofs siegħa, jiddependi fuq il-kumplessità tax-xogħol

Għodda


Lista biex tiċċekkja

Rimarki


Skond Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill, karatteristiċi differenti tat-tensjoni fuq it-TMT jiġu kkunsidrati:
  • Ġbid bijomekkaniku ta' l-għadam, ġogi, u muskoli li jirriżulta minn forzi ta' l-azzjoni u qagħdiet ristretti
  • Għeja kbira tal-muskoli bħala riżultat ta' ġenerazzjoni ta' forza intensiva, frekwenti jew persisteni.
  • Stress tas-sistema kardjovaskulari minħabba tagħbija qawwija ta' xogħol fiżiku
  • Żvantaġġi minħabba l-karatteristiċi tat-tagħbija (goffa, tiżloq, kbira ħafna)
  • Riskju ta' inċidenti minħabba l-karatteristiċi tat-tagħbija (tqila ħafna, taħraq, taqta', titħarrek)
  • Riskju ta' inċidenti minħabba l-karatteristiċi ta' l-ambjent tax-xogħol (l-art mhix watja jew tiżloq, żona ristretta għall-moviment tal-ħaddiema, ostakli, nuqqas ta' dawl)

Pariri għall-utenti


Il-lista biex tiċċekkja ta' Livell 1 m'għandha bżonn ta' l-ebda kejl. Il-karatteristiċi u problemi kollha huma kklassifikati skond l-esperjenza ta' l-utenti. Għalhekk hu importanti ħafna li taħdem bis-sens komun, li tikkoopera mal-ħaddiema u li tqabbel ir-riżultati ma' sitwazzjonijiet simili.
Jekk ikun hemm kwalunkwe nuqqas ta' ċarezza, clarity, trid titwettaq l-evalwazzjoni tar-riskju ta' Livell 2.

Il-lista biex tiċċekkja ta' Livell 1 tiffoka fuq deskrizzjoni ta' tagħbija tax-xogħol fiżiku oġġettiva biss.
L-evalwazzjoni tar-riskju individwali skond Anness 2 tad-Direttiva tal-Kunsill mhix possibbli fuq il-lista biex tiċċekkja ta' Livell 1. Waqt li jsir dan, il-fatturi tar-riskju individwali għandhom jiġu kkunsidrati.
Il-ħaddiem jista' jkun f'riskju individwali jekk hu/hi:
  • mhux fiżikament adattat biex iwettaq dik il-biċċa xogħol partikulari,
  • ikun liebes ilbies, żraben jew affarijiet personali oħra li mhumiex adattati,
  • ma jkollux għarfien jew taħriġ adegwat jew adattat.
Bil-ħsieb li ssir analiżi ta' ħafna fattruri, tista' ssir referenza fl-istess ħin għad-diversi fatturi elenkati f'Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill.



Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż