Inhalt dieser Seite


Livell II - Evalwazzjoni tar-Riskju fuq livell ta' screening

L-evalwazzjoni tal-grad tal-probabbiltà għat-tagħbija muskoloskeltrika żejda

L-għarfien dwar il-biċċa xogħol li trid tiġi evalwata hu meħtieġ. Għall-membri ta' l-istaff, dan l-għarfien hu disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Għal dawk l-utenti mingħajr dan l-għarfien, qabel irid jitwettaq studju dwar ix-xogħol.
L-evalwazzjoni tar-riskju fiha

  • id-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tal-biċċa xogħol essenzjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u
  • il-kwantifikazzjoni tal-livell ta' tensjoni permezz ta' punteġġ tar-riskju.

Dan il-punteġġ tar-riskju jirrifletti l-grad ta' probabbiltà għal tagħbija żejda muskoloskeletrika. Iktar ma jkun għoli l-punteġġ, iktar ikun ogħla r-riskju. Il-probabbiltà tat-tagħbija muskoloskeltrika żejda tirreferi għal popolazzjoni ġenerali ta' ħaddiema f'saħħithom u mħarrġa b'mod normali.
L-utent jista' jagħżel bejn żewġ għodda

li t-tnejn huma applikati fl-Ewropa.

Għal raġunijiet ta' kwalità, l-istruzzjonijiet speċjali għaż-żewġ għodod (KIM u MAC) jridu jkunu kkunsidrati bl-attenzjoni.

Għanijiet



  • id-deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tal-biċċa xogħol essenzjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u
  • Kwantifikazzjoni tal-livell tat-tensjoni
  • Evalwazzjoni tar-riskju oġġettiva – kalkulazzjoni tal-punteġġ tar-riskju
  • Indikazzjoni ta' punti ta' l-intervent (disinn mill-ġdid u/jew kura medika)

Popolazzjoni ta' utenti fil-mira, pre-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni



  • Għarfien tajjeb dwar il-biċċa xogħol li trid tiġi evalwata
  • Għarfien bażiku dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (Occupational Safety and Health - OSH)
  • l-ebda taħriġ ergonomiku speċjali
  • sens komun

Sforz


Jekk hemm informazzjoni suffiċjenti u għarfien dwar il-biċċa xogħol, ftit minuti biss.
Jekk m'hemm informazzjoni biżżejjed, qabel għandu jsir studju dwar ix-xogħol u l-moviment. F'dak il-każ, l-isforz jiddependi fuq il-kumplessità tal-biċċa xogħol, il-grad ta' ripetizzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Bħala medja, jieħu madwar 20 minuta.

Għodda


Għall-evalwazzjoni tar-riskju fuq livell ta' screening, żewġ metodi validi huma disponibbli:
Key Item Method (KIM) jew Manual Handling Assessment Chart (MAC)
Iż-żewġ metodi

  • huma żviluppati b'referenza speċjali għad-Direttiva tal-Kunsill dwar it-Tqandil Manwali tat-Tagħbija
  • huma bbażati fuq punti bijomekkaniċi, fiżjoloġiċi u psikofiżjoloġiċi
  • huma ttestjati dwar il-validità u l-affidabilità
  • huma applikati għal diversi snin

Iż-żewġ metodi jagħtu riżultati komparabbli.

Iż-żewġ metodi huma għodda għall-evalwazzjoni tar-riskju għall-problemi mhux mistennija - mhux għall-evalwazzjoni ta' ġbid u tensjoni f'jum sħiġ fuq ix-xogħol jew fil-ħajja. L-ebda, jew applikazzjoni limitata hi possibbli, fejn il-biċċiet tax-xogħol huma kumplessi jew jinbidlu ta' sikwit.

Rimarki


L-evalwazzjoni tar-riskju fuq livell ta' screening tiddefinixxi l-karatteristiċi tat-tagħbija tax-xogħol fiżiku, turi sitwazzjonijiet maħluqa minn problemi mhux mistennija u tagħti ħjiel għall-azzjonijiet.
Prinċipju: Karatteristiċi importanti tal-biċċa xogħol huma kklassifikati permezz ta' skala ta' l-ikklassifikar u segwita minn punteġġ tar-riskju.
Bħal f'Livell I, il-karatteristiċi differenti tat-tensjoni fuq it-TMT jkunu kkunsidrati.

  • Ġbid bijomekkaniku ta' l-għadam, ġogi, u muskoli li jirriżulta minn forzi ta' l-azzjoni u qagħdiet ristretti
  • Għeja kbira tal-muskoli bħala riżultat ta' ġenerazzjoni ta' forza intensiva, frekwenti jew persisteni.
  • Stress tas-sistema kardjovaskulari minħabba tagħbija qawwija ta' xogħol fiżiku
  • Żvantaġġi minħabba l-karatteristiċi tat-tagħbija (goffa, tiżloq, kbira ħafna)
  • Riskju ta' inċidenti minħabba l-karatteristiċi tat-tagħbija (tqila ħafna, taħraq, taqta', titħarrek)
  • Riskju ta' inċidenti minħabba l-karatteristiċi ta' l-ambjent tax-xogħol (l-art mhix watja jew tiżloq, żona ristretta għall-moviment tal-ħaddiema, ostakli, nuqqas ta' dawl)


Il-punteġġ tar-riskju jirrifletti l-grad ta' probabbiltà għal tagħbija żejda muskoloskeletrika. Iktar ma jkun għoli l-punteġġ, iktar ikun ogħla r-riskju. Il-probabbiltà ta' tagħbija muskoloskeltrika żejda tirreferi għal popolazzjoni ġenerali ta' ħaddiema f'saħħithom u mħarrġa b'mod normali.
Biex ir-riskju individwali għal ħaddiem wieħed ikun evalwat, fatturi addizzjonali għandhom jiġu kkunsidrati. Il-ħaddiem jista' jkun f'riskju individwali jekk hu/hi:

    • mhux fiżikament adattat biex iwettaq dik il-biċċa xogħol partikulari,
    • ikun liebes ilbies, żraben jew affarijiet personali oħra li mhumiex adattati,
    • ma jkollux għarfien jew taħriġ adegwat jew adattat.

    Bil-ħsieb li ssir analiżi ta' ħafna fattruri, tista' ssir referenza fl-istess ħin għal diversi fatturi elenkati f'Annessi I u II.

    Pariri għall-utenti


    Kejl eżatt ta' l-informazzjoni ta' l-input hu teoretikament possibbli. Fil-prattika, xi karatteristiċi jistgħu jitkejlu faċilment; diversi fatturi ma jistgħux jitkejlu. Il-piż tar-tagħbija jista' jitkejjel b'miżien bil-molla, in-numru ta' tqandil jista' jingħadd. Madankollu, il-kejl tal-forza ta' l-azzjoni, ir-reżistenza tal-frizzjoni jew il-qagħdiet tal-ġisem huma kumplikati u jinvolvu ħafna spejjeż.
    Għal-livell ekwivalenti ta' preċiżjoni, jintuża l-prinċipju ta' kalkolu approssimattiv: Il-karatteristiċi kollha huma kklassifikati bl-użu ta' skali ta' rati speċifiċi mill-valur minimu għal dak massimu. Għal-livell ta' screening, preċiżjoni suffiċjenti tintlaħaq b'dan il-mod.
    Għall-interpretazzjoni tal-punteġġ tar-riskju, din il-preċiżjoni limitata għandha tiġi kkunsidrata. Il-punti fokali huma l-problemi mhux mistennija u ż-żoni tar-riskju – u mhux il-punteġġ diskret tar-riskju. B'dan il-mod għal biċċa l-kbira tal-biċċiet tax-xogħol, evalwazzjonijiet suffiċjenti tar-riskju huma disponibbli. F'xi sitwazzjonijiet, evalwazzjoni tar-riskju fuq dan il-livell mhux ser tirnexxi. F'dal il-każ, hemm żewġ possibbiltajiet:

    • Jekk ikun hemm sitwazzjoni li mhix ċara jew riżultati mhux aċċettabbli, tagħrif addizzjonali bħal stima suġġettiva tat-tagħbija tax-xogħol mill-ħaddiema jew l-ilmenti iridu jkunu kkunsidrati, diskussi u interpretati flimkien.
    • Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar preċiżjoni u evalwazzjoni tar-riskju dettaljata, analiżi distinta li tikkorrispondi għal Livell III trid titwettaq.


    Biex jiġu evitati żbalji, il-punteġġi kollha jridu jiġu evalwati b'mod kritiku. Ir-riżultati għandhom jitqabblu ma' l-esperjenza, it-tensjoni suġġettiva li tinħass mill-ħaddiem, b'tagħrif dwar l-ilmenti jew l-assenzi.
    Fejn titwettaq l-evalwazzjoni tar-riskju fuq livell ta' screening, hemm il-possibbiltà ta' żball jew interpretazzjoni ħażina ta' l-evalwazzjoni. Sorsi potenzjali jistgħu jkunu għarfien insuffiċjenti dwar ix-xogħol, li jrid ikun evalwat, interpretazzjonijiet ħżiena suġġettivi, informazzjoni ta' l-input mhux korretta, żbalji tal-kalkulazzjoni.




Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż