Inhalt dieser Seite


L-Għodda KIM - Metodu ta' l-Oġġett Importanti

Introduzzjoni qasira dwar il-metodu

Il-Metodu ta' l-Oġġett Importanti kien żviluppat għall-evalwazzjoni tar-riskju fuq il-livell ta' screening f'każ ta' Tqandil Manwali tat-Tagħbija (TMT).

2 Folji tax-Xogħol differenti għal

Rfigħ, Żamma, Ġarr u
Ġbid, Imbuttar

huma disponibbli.

Oriġini


Il-metodu kien żviluppat mill- Istitut Federali għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (BAuA) u Kumitat tal-Laender għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (LASI) b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' dawk li jaħdmu fil-qasam, rappreżentanti tas-sigurtà, tobba tal-kumpaniji, min iħaddem u assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, korpi ta' l-assigurazzjoni u istituti xjentifiċi.

Blueprint kienet ippubblikata fl-1996, u wara, twettaq programm xjentifku u tat-test ta' l-utent li dam ħames snin.

Il-verżjonijiet finali kienu ppubblikati fl-2001 u l-2002.

Kunċett


Dawn huma xi punti ewlenin dwar dan il-metodu:

  • Id-deskrizzjoni tal-biċċa xogħol u l-evalwazzjoni huma separati. Il-biċċa xogħol hi oġġettiva, mingħajr valutazzjoni. Għalhekk id-deskrizzjoni tal-biċċa xogħol tibqa' valida, anki jekk id-dettalji tal-proċedura ta' l-evalwazzjoni tar-riskju tinbidel minħabba tibdil fl-ordinanza legali.

    • Id-deskrizzjoni tal-biċċa xogħol hi limitata għal oġetti importanti – u mhux il-karatteristiċi kollha ta' Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill huma kkunsidrati fid-dettall. Madankollu l-karatteristiċi kollha ta' Anness 1 ser ikunu koperti mill-oġġetti importanti indirettament. L-oġġetti kollha ser jingħataw punteġġ f'diversi passi mill-valur minimu għal dak massimu. L-utent ma jeħtieġ l-ebda kejl preċiż. Prinċipju: Kalkolu approssimattiv.
    • L-evalwazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq mudell tad-doża: tul ta' żmien immultiplikat bl-intensità. Dan jikkunsidra l-aspetti bijomekkaniċi, metaboliċi u individwali. L-istess prinċipju ikun applikat għal kull tip ta' tagħbija ta' xogħol fiżiku.

  • Il-Metodi ta' l-Oġġett Importanti għall-Irfigħ, iż-Żamma, il-Ġarr u l-Imbuttar huma parti minn sistema KIM għat-tipi kollha ta' tagħbija ta' xogħol fiżiku (sezzjonijiet addizzjonali għadhom qed jiġu żviluppati u jkopru pproċessar manwali ripetittiv, forzi qawwija ta' l-azzjoni, qagħdiet imgiegħla u moviment tal-ġisem mingħajr tqandil manwali ta' tagħbija).
  • Il-Metodi ta' l-Oġġett Importanti jistgħu jkunu integrati fit-teknoloġija u fl-immaniġġjar ta' l-OSH tal-kumpanija ta' u jistgħu jintużaw għal studji epidemjoloġiċi fuq livell ta' intrapriża wkoll.
  • Hemm qbil bejn l-utenti kollha għal żvilupp addizzjonali.

Popolazzjoni fil-Mira li ser Tuża l-MAC



  • Min iħaddem u d-delegati tagħhom: teknoloġisti, ergonomisti, inġiniera ta' l-ippjanar, personal planner, foremen
  • Il-ħaddiema u d-deputati tagħhom
  • Uffiċjali tas-sigurtà, rappreżentanti tas-sigurtà, tobba tal-kumpanija
  • Spetturi

Kwalità tal-metodoloġija


L-affidabilità, il-validità u l-konsistenza huma vverifikati. Żbalji potenzjali ta' l-evalwazzjoni bl-użu ta' KIM huma identifikati u l-istruzzjonijiet huma maħsuba biex jimminimizzaw il-probabbiltà ta' interpretazzjonijiet ħżiena.

Links Utli


Istitut Federali għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (BAuA)
Kumitat tal-Laender għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (LASI)
Għodda tat-Tagħlim u ta' Kif Tgħallem rueckenkompass

Letteratura



  • Steinberg, U.; Caffier, G.; Mohr, D.; Liebers, F.; Behrendt, S.: Modellhafte Erprobung des Leitfadens Sicherheit und Gesundheitsschutz bei der manuellen Handhabung von Lasten. Bremerhaven: Wirtschaftsverl. NW 1998. (Schriftenreihe der Bundesanstalt für Arbeitsschutz und Arbeitsmedizin: Forschung, Fb 804)
  • Steinberg, U.; Behrendt, S., Bradl, I.; Caffier, G.; Gebhardt, Hj.; Liebers, F.; Müller, B.H.; Schäfer, A.; Schlicker, M.; Schulze, J.: Erprobung und Evaluierung des Leitfadens Sicherheit und Gesundheitsschutz bei der manuellen Handhabung von Lasten. Bremerhaven: Wirtschaftsverl. NW 2000. (Schriftenreihe der Bundesanstalt für Arbeitsschutz und Arbeitsmedizin: Forschung, Fb 897)
  • Jürgens. W.W.; Mohr, D.; Pangert, R.; Pernack, E.; Schultz, K.; Steinberg, U.: Handlungsanleitung zur Beurteilung der Arbeitsbedingungen beim Heben und Tragen von Lasten. LASI Veröffentlichung 9. Hrsg. Länderausschuss für Arbeitsschutz und Sicherheitstechnik. 4. Überarbeitete Auflage 2001
  • Jürgens. W.W.; Mohr, D.; Pangert, R.; Pernack, E.; Schultz, K.; Steinberg, U.: Handlungsanleitung zur Beurteilung der Arbeitsbedingungen beim Ziehen und Schieben von Lasten. LASI Veröffentlichung LV29. Hrsg. Länderausschuss für Arbeitsschutz und Sicherheitstechnik. 2002
  • Steinberg, U.; Caffier, G.; Liebers, F.: Assessment of Manual Material Handling based on Key Indicators – German Guidelines. In: Handbook of Standards in Ergonomics and Human Factors. Ed. by W. Karwowski. Lawrenz Erlbaum Associates. Mahwah, New Jersey, London 2006. S. 319-338




Select language:  bg  cz  da  de  el  en  es  et  fi  fr  hu  it  lt  lv  nl  mt  pl  pt  ro  sk  sl  sv


Links fil-pront
Direttiva tal-Kunsill 90/269/KEE tad-29 ta' Mejju, 1990 dwar il-ħtiġijiet mimimi tas-saħħa u s-sigurtà għat-tqandil manwali tat-tagħbija

http://osha.europa.eu/OSHA

Adobe Reader®

European week 2007
22-26 Oct. 2007
Lighten the Load - European campaign on Musculoskeletal Disorders


This website and all the publications it contains are supported by the European Community. The information contained on this website does however not necessarely reflect the position or opinion of the European Commission.


Home |Fittex |Dwar SLIC |Mappa tas-Sit |Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda
handlingloads.eu
SLIC European inspection and communication campaign
Il-kampanja Ħaffef il-Piż