Sfond
Qagħda marbuta max-xogħol u mard muskoloskeletriku huma problema komuni fl-Ewropa, u dan hu rikonoxxut mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-konsegwenzi soċjali ta' dan il-fatt, taħt is-sura ta' numru dejjem jikber ta' nies irreġistrati bħala diżabbli (għal tul ta' żmien), huma minħabba l-fatt li xi gruppi ta' ħaddiema huma protetti b'mod inqas effettiv kontra riskji tas-saħħa li jinħolqu mit-tqandil manwali ta' tagħbija tqila.
Il-konsegwenzi ekonomiċi huma riflessi fl-ispejjeż soċjali u mediċi lill-Istat u d-disponibilità mnaqqsa ta' l-individwi għax-xogħol, flimkien ma' popolazzjoni ta' ħaddiema li dejjem qed tixjieħ u li tikkonsisti f'numru dejjem jikber ta' ħaddiema nisa. Fl-istrateġija tas-saħħa u s-sigurtà ta' l-UE għall-2002-2006, il-Kummissjoni Ewropea indikat li trid tqabbel il-politika tas-saħħa u s-sigurtà mal-problemi marbuta max-xogħol, assoċjata ma' popolazzjoni ta' ħaddiema li dejjem qed tixjieħ. li fiha, l-proporzjon ta' ħaddiema nisa qed jiżdied, flimkien ma' forom differenti ta' impjiegi.
Aspett wieħed tal-programm ta' azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea hu li iżżid il-fokus fuq il-prevenzjoni ta' mard marbut max-xogħol, fir-rigward ta' liema prijorità trid tingħata; eż. mard muskoloskeletriku.
il-Kummissjoni Ewropea hi partikularment interessata li tiżgura it-titjib fl-applikazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-UE, flimkien ma pożizzjoni importanti mogħtija lill-SLIC fl-istrateġija ta' l-UE.